Mitt miżura li ser ikunu fil-Viżjoni Malta 2050 ippreżentati lill-MCESD
F’laqgħa oħra mal-imsieħba soċjali dwar il-Viżjoni Malta 2050, ġiet ippreżentata l-lista tal-mitt miżura li ser ikunu fil-Viżjoni, ġaladarba tkun iffinalizzata u mnedija fil-ġimgħat li ġejjin. Fl-ewwel laqgħa tal-MCESD għal din is-sena, taħt it-tmexxija taċ-Chairperson l-ġdida Maria Micallef, il-Kunsill kellu diskussjoni dettaljata dwar dawn il-miżuri, hekk kif il-proċess tal-Viżjoni Malta 2050 issa daħal fl-aħħar fażi tiegħu […]
