Il-Ministru għall-Finanzi jippreżenta r-Rapport Annwali ta’ Progress għal Malta quddiem l-MCESD
F’laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ppreżenta r-Rapport Annwali ta’ Progress għal Malta u ħa sehem f’diskussjoni importanti mal-membri tal-Kunsill. Iċ-Chairperson tal-MCESD, il-Perit David Xuereb spjega kif din il-laqgħa ma kinitx iffukata biss fuq il-qagħda makroekonomika tal-pajjiż, iżda wkoll fuq kif din qed tinfluwenza l-ħajja ta’ kuljum tas-soċjetà Maltija. […]
