L-MCESD jiddiskuti l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi mal-imsieħba soċjali
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) laqqa’ flimkien lill-imsieħba soċjali u rappreżentanti mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) għal diskussjoni dwar id-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi u l-implimentazzjoni tagħha f’Malta. Il-laqgħa saret fil-preżenza tal-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Keith Azzopardi Tanti, u ċ-Chairperson tal-MCESD, Maria Micallef. Matul is-sessjoni saret preżentazzjoni mir-rappreżentanti tad-DIER, […]
