Entries by Ray Bartolo

Diskuss il-programm Nazzjonali ta’ Riforma 2023 għal Malta mal-Imsieħba Soċjali

F’laqgħa tal-MCESD, il-Ministeru għall-Finanzi u l-Impjieg, ippreżenta l-programm Nazzjonali ta’ Riforma tas-sena 2023 għal pajjiżna. F’dan ir-rapport il-membri Ewropej kollha jirrappurtaw il-miżuri kollha li qed jiġu implimentati u li qed jiġu ppjanati li jiġu implimentati biex jiżdiedu l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku flimkien ma’ pjanijiet biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi. Dan id-dokument jiddeskrivi wkoll […]

Il-Fondi Ewropej u l-Intelliġenza Artifiċjali fuq l-aġenda tal-MCESD.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, l-Onor. Chris Bonett, introduċa kif għandhom jiġu investiti it-2.2 biljun Ewro f’fondi Ewropej. Matul il-laqgħa, is-Segretarju Permanenti għall-Fondi Ewropej u l-Artijiet, is-Sur Jonathan Vassallo, ipprovda ħarsa ġenerali lejn il-perjodu ta’ programmazzjoni tal-Fondi tal-UE għall-2021–2027. Huwa tkellem dwar l-irwol importanti tal-imsieħba soċjali u b’mod partikolari ċċara l-objettivi tal-Fond Soċjali Ewropew (ESF). Is-Segretarju […]