Entries by Jean Claude Gatt

L-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli

Preżentazzjoni minn Prof. Luciano Mule Stagno, Direttur tal-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli, fl-Università ta’ Malta, waqt il-Laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD tas-26 ta’ Jannar, 2024. Waqt din il-preżentazzjoni ġie enfasizzat l-irwol ċentrali tal-istitut fir-riċerka dwar il-konservazzjoni tal-enerġija u l-iżvilupp tat-teknoloġija. Tista’ taċċessa l-preżentazzjoni minn hawn.

ESG @ FEMA

Preżentazzjoni minn Dr. Jonathan Spiteri, lettur fil-Fakultà tal-Ekonomija, il-Maniġment, u l-Accountancy, fl-Università ta’ Malta, waqt il-Laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD tas-26 ta’ Jannar, 2024. Waqt din il-preżentazzjoni ġie spjegat l-importanza għan-negozji biex jintegraw il-prinċipji tal-ESG, jippromwovu s-sostenibbiltà, u jkunu mħarrġa sew għall-futur biex jiġi mmaniġjat ir-riski li qed jevolvu. Tista’ taċċessa l-preżentazzjoni minn hawn.

Ir-Riċerka, L-Innovazzjoni u t-Trasferiment tal-Għarfien fl-Università ta’ Malta

Preżentazzjoni mill-Pro-Rettur tal-Università ta’ Malta,  il-Prof. l-Inġ. Simon Fabri, waqt il-Laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD tas-26 ta’ Jannar, 2024. Waqt din il-preżentazzjoni, ġiet ippreżentata ħarsa ġenerali tal-ħidma ta’ riċerka robusta li qed twettaq l-Università. Tista’ taċċessa l-preżentazzjoni minn hawn.

Il-Kunsill tal-MCESD jindirizza l-permessi ta’ Ħaddiema Barranin ta’ Kwalità, Liġi dwar l-Impjiegi, Aġenziji tat-Temping, u Public-Private Partnerships

Matul it-tieni laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD għal din is-sena, l-imsieħba soċjali pprovdew ir-reazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar l-aġenda diskussa li kienet waħda ta’ prijorità. Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul stqarr, “Din il-laqgħa tirrappreżenta l-ogħla livell ta’ Djalogu Soċjali u koordinazzjoni kontinwa bejn l-imsieħba soċjali u l-gvern, li trawwem ambjent li jwassal għas-simplifikazzjoni tal-proċessi fi ħdan il-qasam dinamiku […]

Public-Private Partnerships

Preżentazzjoni mill–Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, waqt il-Laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD tad-19 ta’ Jannar, 2024. L-għan tal-preżentazzjoni kien li wara studju intensiv tal-avvenimenti kemm f’pajjiżna kif ukoll barra, l-Imsieħba Soċjali jagħtu rakkomandazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ public-private partnersips, li jgħaqqdu l-investiment privat u l-assi tal-gvern biex joffru opportunitajiet għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Tista’ […]

Prijorità fil-Kwalità u l-Ħiliet tal-Ħaddiema Barranin

Preżentazzjoni mill-Aġenzija Identità, waqt il-Laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD tad-19 ta’ Jannar, 2024. L-għan tal-preżentazzjoni kien li l-Imsieħba Soċjali jiġu infurmati u aġġornati dwar il-proċeduri mġedda u rigorużi qabel ma jiġu aċċettati ħaddiema barranin, magħrufa bħala TCNs, biex isiru parti mill-ekonomija nazzjonali. Tista’ taċċessa l-preżentazzjoni minn hawn.

L-Imsieħba Soċjali tal-MCESD jiddiskutu l-isfidi u r-rakkomandazzjonijiet tas-Suq Waħdieni tal-UE mal-eks PM Taljan Enrico Letta

Fl-ewwel laqgħa tal-MCESD għal din is-sena, l-imsieħba soċjali ddiskutew kwistjonijiet kritiċi relatati mas-Suq Waħdieni. L-eks Prim Ministru Taljan Enrico Letta, li riċentament inħatar mill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea (UE) biex iħejji rapport dwar il-futur tas-Suq Waħdieni fl-UE, kien involut f’diskussjonijiet mal-membri tal-MCESD. Immexxija mill-Perit David Xuereb, il-laqgħa tal-MCESD inkludiet rappreżentanza minn figuri ewlenin bħall-Viċi Prim Ministru […]

L-Isfidi u r-Rakkomandazzjonijiet tas-Suq Waħdieni Ewropew.

Preżentazzjoni mill-MCESD waqt il-Laqgħa tal-Kunsill tat-8 ta’ Jannar, 2024. L-għan tal-preżentazzjoni kien li l-MCESD jaġġorna lill-Eks-Prim Ministru Taljan u l-persuna inkarigara mir-rapport dwar il-futur tas-Suq Waħdieni fl-UE, Enrico Letta, dwar l-isfidi u r-rakkomandazzjonijiet tas-Suq Waħdieni Ewropew. Tista’ taċċessa l-preżentazzjoni minn hawn.

L-Imsieħba Soċjali Jiddiskutu l-Anzjanità Attiva f’Laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD

Il-Kamra tal-Kummerċ u l-General Workers’ Union (GWU) ippreżentaw riċerka dwar l-Anzjanità Attiva waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD. Din il-ħidma bejn il-Kamra tal-Kummerċ u l-GWU uriet l-isforz kollaborattiv tal-Imsieħba Soċjali. Għal dan il-għan, iċ-Chairperson tal-MCESD, filwaqt li faħħar l-għażla tas-suġġett propost għad-diskussjoni, kellu kliem ta’ tifħir għal fatt li dan is-suġġett oriġina minn rappreżentant ta’ min iħaddem […]