L-MCESD Jiddiskuti l-Isfidi tal-Iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Emissjonijiet fis-Settur Marittimu.
Waqt laqgħa tal-MCESD fuq proposta mill-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, l-MEA, ġie kkunsidrat u diskuss l-impatt potenzjali tal-Emission Trading System (ETS) tal-UE fuq l-ekonomija u l-kompetittività ta’ pajjiżna. L-għan ta’ din l-iskema hu li tirregola u tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet minn attivitajiet marittimi u jista’ jkollha effetti sinifikanti fuq is-settur marittimu, speċjalment fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-UE […]
