L-Imsieħba Soċjali tal-MCESD jiddiskutu l-isfidi u r-rakkomandazzjonijiet tas-Suq Waħdieni tal-UE mal-eks PM Taljan Enrico Letta
Fl-ewwel laqgħa tal-MCESD għal din is-sena, l-imsieħba soċjali ddiskutew kwistjonijiet kritiċi relatati mas-Suq Waħdieni. L-eks Prim Ministru Taljan Enrico Letta, li riċentament inħatar mill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea (UE) biex iħejji rapport dwar il-futur tas-Suq Waħdieni fl-UE, kien involut f’diskussjonijiet mal-membri tal-MCESD. Immexxija mill-Perit David Xuereb, il-laqgħa tal-MCESD inkludiet rappreżentanza minn figuri ewlenin bħall-Viċi Prim Ministru […]
