Ftehim Nazzjonali Dwar iż-Żieda fil-Paga Minima Nazzjoanli Ġie Uffiċjalment Issiġillat.

Fiċ-ċerimonja tal-iffirmar tas-Sibt li għadda, ippreseduta mill-Prim Ministru ta’ Malta, Robert Abela, u s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, ġie mmarkat il-konklużjoni tal-ħidma eċċezzjonali li saret mil-Kummissjoni Low Wage (LWC), ippreseduta miċ-Chairperson tal-MCESD, il-Perit David Xuereb. Illum, b’mod uffiċjali, flimkien mal-Imsieħba Soċjali, permezz tal-firem tagħhom ukoll, ġie ssiġġilat il-ftehim taż-Żieda fil-Paga Minima Nazzjonali.

Il-Kummissjoni ffaċilitat diskussjonijiet fil-fond tar-rappreżentanti tal-Unjin, Min Iħaddem u l-Gvern.

Minkejja li d-disussjonijiet kellhom l-isfidi tagħhom, dak li verament importanti huwa li, fl-aħħar mill-aħħar, il-membri tal-Kummissjoni affaċjawhom b’mod raġonevoli, serju u onest, biex fl-aħħar mill-aħħar laħqu kunsens dwar l-importanza ta’ approċċ ibbilanċjat fl-interess tal-partijiet kollha.

Waqt li għelbet dawn l-isfidi b’perseveranza u dedikazzjoni, il-Kummissjoni fasslet ftehim storiku b’żidiet proposti fil-paga minima nazzjonali, li se tiżdied kull sena matul l-erba’ snin li ġejjin, u din il-proposta ġiet ippreżentata b’suċċess lill-gvern.

Fil-kummenti tiegħu, waqt din iċ-ċerimonja, iċ-Chairperson tal-MCESD U tal-LWC, irringrazzja wkoll lil kull min kien parti waqt dan il-proċess konsultattiv, fosthom lill-Imsieħba Soċjali li kienu preżenti, lid-Deputat Chairperson tal-MCESD U tal-LWC, is-Sur Mark Musù, u l-espert maħtur Dr Gordon Cordina li kelli irwol importanti fil-preżentazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u soċjali li ppermettew lill-Kummissjoni tilħaq il-qbil unanimu li għamlet.

L-Imsieħba Soċjali tal-MCESD jiffirmaw il-ftehim biex tiżdied il-paga minima nazzjonali.