L-MCESD Jibda l-Konsultazzjonijiet ta’ Qabel il-Baġit 2026
L-MCESD organizza l-laqgħa annwali ta’ qabel il-Baġit, fejn ippreżenta 58 proposta lill-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana.
Dawn il-proposti ġew miġbura bl-involviment tal-ekonomista Gordon Cordina, li mexxa laqgħat individwali mal-membri kollha tal-Kunsill tal-MCESD: il-Unjins, l-Organizzazzjonijiet ta’ Min Iħaddem, il-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili u l-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex. Dan il-proċess wassal biex tiġi ffurmata l-pożizzjoni tal-MCESD dwar il-proposti ta’ qabel il-baġit.
Dr Cordina rrimarka li l-għan tad-djalogu soċjali fil-pajjiż huwa li jagħti pariri lill-gvern dwar miżuri li jservu ta’ ġid għall-pajjiż kollu. Dr Cordina spejga li Kif jiġri kull sena, l-MCESD ikkordina l-ideat tal-membri tiegħu u ħareġ bi 58 proposta li jkopru l-andament ekonomiku, it-tkabbir tal-produttività, l-aspetti tal-popolazzjoni, is-servizzi soċjali u r-reġjun ta’ Għawdex. Dawn il-proposti jirriflettu pożizzjoni maqbula li se tiġi ppreżentata lill-gvern biex jittieħdu d-deċiżjonijiet għall-Baġit 2026.
Iċ-Chairperson tal-MCESD, il-Perit David Xuereb, spjega kif dawn il-proposti jirrappreżentaw il-prijoritajiet u l-aspirazzjonijiet kollettivi tal-Imsieħba Soċjali, bil-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika, tiġi promossa l-inklużjoni soċjali u jiġi żgurat żvilupp sostenibbli permezz ta’ djalogu kostruttiv u ta’ kollaborazzjoni.
Ritratti:





