Il-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex Jippreżenta Proposti għall-Futur Sostenibbli ta’ Għawdex fil-Laqgħa tal-MCESD

Waqt laqgħa tal-MCESD ddedikata lill-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex (GRC), seba’ partijiet interessati Għawdxin, rappreżentati minn ‘Għal Għawdex’, impenjaw ruħhom biex jindirizzaw proposti importanti li għandhom impatt fuq Għawdex u r-residenti.

Il-koalizzjoni ‘Għal Għawdex’ hija magħmula mit-tliet NGOs ambjentali prominenti ta’ Għawdex – Din l-Art Ħelwa Għawdex, Wirt Għawdex, u Għawdix, flimkien mal-Gozo Business Chamber, l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu ta’ Għawdex, l-14-il kunsill lokali f’Għawdex u l- Grupp Universitarju ta’ Għawdex.

Jingħaqdu mal-imsieħba soċjali fl-MCESD kienu l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Clint Camilleri, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, l-Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi, u s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, l-Onor. Andy Ellul.

Il-qofol tal-laqgħa kienet preżentazzjoni komprensiva mis-Sur Godfrey Swain, li jirrappreżenta ‘Għal Għawdex,’ li enfasizzat l-urġenza li Għawdex jiġi salvagwardjat minn żvilupp żejjed u jitħares il-wirt uniku u l-ambjent tiegħu bi proposti ċari.

Il-preżentazzjoni enfasizzat it-tħassib dwar it-trasformazzjoni potenzjali ta’ Għawdex li tista’ teqred is-sbuħija u l-karattru uniku tiegħu. Madankollu, permezz ta’ sforzi kollaborattivi, is-seba’ entitajiet laħqu kunsens dwar kwistjonijiet ewlenin, li rriżulta fil-formulazzjoni ta’ pjan ta’ proposta bi tmien punti li joffri pjan direzzjonali ċar biex jiġu indirizzati l-isfidi li jiffaċċjaw l-ambjenti mibnija u naturali ta’ Għawdex permezz ta’ azzjoni diretta u sejħa għal azzjoni. Dan sabiex jassiguraw il-karattru u l-kwalitajiet speċifiċi tar-reġjun biex jippreservaw l-identità u l-valur ta’ Għawdex. Barra minn hekk, dan il-pjan jistinka biex iħares l-industriji tradizzjonali, il-kummerċ, u li jkun hemm settur tat-turiżmu b’saħħtu ta’ kwalità.

Il-kontribuzzjonijiet tal-imsieħba soċjali tal-MCESD ipprovdew reazzjonijiet u appoġġ tanġibbli permezz tal-kompetenza u l-esperjenza tagħhom. L-imsieħba soċjali inagħqdu wara l-impenn bla waqfien tal-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex u ‘Għal Għawdex’ għall-ambizzjonijiet ta’ Għawdex u r-residenti tiegħu. Filwaqt li rrikonoxxew li Għawdex huwa parti integrali mill-gżejjer Maltin u destinazzjoni turistika ewlenija, id-diskussjonijiet enfasizzaw is-sinifikat ta’ Għawdex fl-interess tal-ekonomija nazzjonali ġenerali.

L-Onor. Zrinzo Azzopardi, l-Onor. Camilleri, u l-Onor. Ellul ipprovdew aġġornamenti dwar l-azzjonijiet tal-gvern u esprimew gratitudni u apprezzament għad-dedikazzjoni tal-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex biex ikun proattiv bi proposti għal Għawdex li jkunu ta’ benefiċċju għar-residenti kollha tiegħu.

Il-preżentazzjoni li offriet għarfien siewi, tista’ tiġi aċċessata minn hawn.