ESF4.95 — Aktar Qrib l-Ewropa
€467,323 iffinanzjati permezz tal-Fondi tal-FSE (2007–2013)
L-għan tal-proġett Aktar Qrib l-Ewropa kien li jħeġġeġ u jsostni l-iżvilupp ta’ djalogu soċjali u ċivili aktar effettiv f’Malta u Għawdex, billi jagħti s-setgħa lill-partijiet interessati lokali permezz tal-għoti ta’ informazzjoni aġġornata dwar kwistjonijiet soċjali, ekonomiċi u relatati mal-UE; il-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja u l-appoġġ għall-inizjattivi ta’ networking.
Il-proġett kien jinkludi l-għoti ta’ taħriġ lill-persunal tal-MCESD u lill-membri tiegħu. L-għan ġenerali kien li tissaħħaħ il-kapaċità tal-parteċipanti fid-djalogu soċjali.
Il-programm ta’ taħriġ inkluda s-suġġetti li ġejjin: Id-djalogu soċjali u ċivili Ewropew għat-titjib tal-governanza Ewropea u lokali, l-ekonomija, il-bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-ġbir, l-analiżi u t-tixrid tad-data dwar id-djalogu soċjali u ċivili, il-fehim tal-politika u l-ħiliet fl-implimentazzjoni tal-politika, il-mudelli tad-djalogu soċjali u ċivili fl-Ewropa, ir-rwol u n-networking tal-partijiet interessati differenti fid-djalogu ċivili, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-enerġija, l-etika u l-valuri fid-djalogu soċjali u ċivili u l-irwol tal-midja.