Entries by Jean Claude Gatt

Anzjanità Attiva: Il-Flessibilitá tal-Irtirar

Preżentazzjoni kkummisjonata mill-General Workers’ Union u mill-Kmara tal-Kummerċ waqt laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD fl-1 ta’ Diċembru, 2023. L-għan tal-preżentazzjoni kien li toffri lill-imsieħba soċjali ħarsa ddetaljata tal-flessibilità tal-irtirar, filwaqt li tenfasizza l-potenzjal tal-anzjanità attiva f’Malta. Tista’ taċċessa l-preżentazzjoni minn hawn.

Anzjanità Attiva: Perspettiva Demografika

Preżentazzjoni kkummisjonata mill-General Workers’ Union u mill-Kmara tal-Kummerċ waqt laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD fl-1 ta’ Diċembru, 2023. L-għan tal-preżentazzjoni kien li toffri lill-imsieħba soċjali perspettiva demografika permezz ta’ proġezzjonijiet u analiżi ekonomika, li tenfasizza l-potenzjal tal-anzjanità attiva f’Malta. Tista’ taċċessa l-preżentazzjoni minn hawn.

L-Imsieħba Soċjali tal-MCESD ġew mgħarrfa bit-Tisħiħ Kurrenti u Ppjanat tas-Sistema tad-Distribuzzjoni tal-Enerġija ta’ Malta.

Fis-7 ta’ Diċembru, il-Kunsill tal-MCESD iltaqa’ mal-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija, u l-Intrapriża, l-Onor. Miriam Dalli, u ċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Enemalta Plc., l-Inġ. Ryan Fava. Dan sabiex l-imsieħba soċjali jkunu aġġornati dwar il-pjanijiet tekniċi u ta’ investiment li huma mmirati biex isaħħu l-infrastruttura tal-elettriku f’Malta u Għawdex. Il-Ministru Dalli rreferiet għar-rakkomandazzjonijiet dettaljati kollha li saru mill-MCESD fil-laqgħa ta’ […]

It-Tisħiħ kurrenti u Ppjanat tas-Sistema ta’ Distribuzzjoni tal-Enerġija ta’ Malta.

Preżentazzjoni minn Enemalta Plc., waqt Laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD fis-7 ta’ Diċembru, 2023. L-għan tal-preżentazzjoni kien li taġġorna lill-Imsieħba Soċjali b’aġġornament dwar it-Tisħiħ kurrenti u Ppjanat tas-Sistema ta’ Distribuzzjoni tal-Enerġija ta’ Malta. Tista’ taċċessa l-preżentazzjoni minn hawn.  

L-Imsieħba Soċjali tal-MCESD ġew infurmati dwar l-aġenda tal-UE waqt diskussjonijiet mal-membri tal-Kummissjoni Ewropea u tal-EESC, b’riferenza għall-interessi ta’ Malta.

Waqt Laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD, delegazzjoni mistiedna mill-Kummissjoni Ewropea ingħaqdet f’diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali tal-MCESD. L-imsieħba soċjali introduċew lilhom infushom mad-delegazzjoni fejn tkellmu dwar is-setturi tagħhom u pprovdew ħarsa ġenerali u komprensiva tas-soċjetà li jirrapreżentaw. Il-preżenza tad-delegazzjoni, li kellha l-għan li trawwem djalogu dirett u kostruttiv mal-imsieħba, irrikonoxxiet l-isfidi li qed tiffaċċja Malta bħalissa. Għaldaqstant, din il-laqgħa […]

Ftehim Nazzjonali Dwar iż-Żieda fil-Paga Minima Nazzjoanli Ġie Uffiċjalment Issiġillat.

Fiċ-ċerimonja tal-iffirmar tas-Sibt li għadda, ippreseduta mill-Prim Ministru ta’ Malta, Robert Abela, u s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, ġie mmarkat il-konklużjoni tal-ħidma eċċezzjonali li saret mil-Kummissjoni Low Wage (LWC), ippreseduta miċ-Chairperson tal-MCESD, il-Perit David Xuereb. Illum, b’mod uffiċjali, flimkien mal-Imsieħba Soċjali, permezz tal-firem tagħhom ukoll, ġie ssiġġilat il-ftehim taż-Żieda fil-Paga Minima Nazzjonali. Il-Kummissjoni ffaċilitat […]

L-MCESD Jiddiskuti l-Isfidi tal-Iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Emissjonijiet fis-Settur Marittimu.

Waqt laqgħa tal-MCESD fuq proposta mill-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, l-MEA, ġie kkunsidrat u diskuss l-impatt potenzjali tal-Emission Trading System (ETS) tal-UE fuq l-ekonomija u l-kompetittività ta’ pajjiżna. L-għan ta’ din l-iskema hu li tirregola u tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet minn attivitajiet marittimi u jista’ jkollha effetti sinifikanti fuq is-settur marittimu, speċjalment fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-UE […]

L-MCESD Jipprijoritizza l-Istrateġija Nazzjonali Kontra r-Razziżmu fil-Laqgħa tal-Kunsill tiegħu.

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD tat-13 ta’ Ottubru, flimkien mal-Imsieħba Soċjali ingħaqdu s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, l-Onor. Andy Ellul, u s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, l-Onor. Rebecca Buttigieg. Attendew ukoll uffiċjali mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem: Alexander Tortell u Bernice Zarb. L-iskop tal-preżenza tagħhom kien li jispjegaw il-Patt nazzjonali għall-ġlieda kontra r-razziżmu u għall-inklużjoni interkulturali. Fil-ftuħ tal-laqgħa, iċ-Chairperson […]

L-Iskema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju tal-Emissjonijiet fis-Settur Marittimu.

Preżentazzjoni mill-Malta Maritime Forum, u mill-Malta Freeport waqt Laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD fit-13 ta’ Ottubru, 2023. L-għan tal-preżentazzjoni kien li taġġorna lill-imsieħba soċjali dwar l-Iskema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju tal-Emissjonijiet fis-Settur Marittimu. Tista’ taċċessa l-preżentazzjoni dwar l-Iskema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju tal-Emissjonijiet fis-Settur Marittimu minn hawn.