Laqgħa tal-MCESD: L-Imsieħba Soċjali Jiltaqgħu biex Jiddiskutu Kwistjonijiet ta’ Distribuzzjoni tal-Enerġija
L-imsieħba soċjali kollha rrappreżentati fl-MCESD illum iltaqgħu biex jiddiskutu l-aħħar kwistjonijiet relatati mad-distribuzzjoni tal-enerġija. Il-laqgħa saret fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministri Miriam Dalli, Clyde Caruana u s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul.
Wara preżentazzjonijiet li saru mill-Enemalta plc, il-Gvern ikkommetta ruħu għal pjanijiet proposti ta’ investiment aċċellerat u adegwat fl-implimentazzjoni ta’ titjib fid-distribuzzjoni tal-enerġija sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet u l-ambizzjonijiet mistennija tal-pajjiż. L-
MCESD tat parir ukoll li l-adattament għat-tibdil fil-klima għandu jindirizza r-riskji nazzjonali ġenerali għall-infrastruttura xprunati minn kundizzjonijiet estremi tat-temp.