L-Imsieħba Soċjali tal-MCESD Kisbu għarfien u Esploraw il-Laboratorji ta’ Riċerka fl-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli tal-Università ta’ Malta.

Iż-żjara mill-Imsieħba Soċjali tal-MCESD fiċ-Ċentru tar-Riċerka ta’ Marsaxlokk, fl-Istitut tal-Enerġija Sostenibbli fi ħdan l-Università ta’ Malta, tenfasizza l-irwol kruċjali ta’ kollaborazzjoni bejn l-akkademja, ir-riċerka, u l-imsieħba Soċjali fl-avvanz ta’ soluzzjonijiet ta’ enerġija sostenibbli. Din iż-żjara ġiet organizzata wara l-laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD li saret f’Jannar li għadda fl-Università ta’ Malta, meta l-Imsieħba Soċjali ddisutew is-sinifikat tal-ESG u kisbu iktar għarfien dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni li qed isir f’Malta.

Din iż-żjara, li kienet iffaċilitata mir-Research, Innovation and Development Trust (RIDT) tal-Università ta’ Malta, kienet strumentali biex l-MCESD jifhem iktar l-impenn ta’ Malta biex issaħħaħ l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp fuq livell nazzjonali.

Matul iż-żjara, l-Imsieħba Soċjali, akkumpanjati miċ-Chairperson tal-MCESD, il-Perit David Xuereb u mis-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, l-Onor. Andy Ellul, ġew milqugħa u mmexxija mill-akkademiċi Dr Ryan Bugeja u Dr Inġ. Marija Demicoli, flimkien mad-Direttur tal-Istitut, il-Prof Luciano Mule Stagno. Din l-opportunità pprovdiet lill-MCESD aċċess dirett għall-faċilitajiet tal-Istitut u għarfien imprezzabbli dwar ir-riċerka avvanzata li qed issir fl-enerġija sostenibbli.

Il-laboratorji ta’ riċerka avvanzata, il-klassijiet mgħammra b’mod sħiħ, u l-faċilitajiet fuq barra ddedikati għal esperimenti ta’ enerġija sostenibbli, jenfasizzaw l-impenn tal-Istitut li jmexxi l-innovazzjoni f’dan il-qasam kritiku li hu ta’ interess nazzjonali.

Matul iż-żjara, l-Imsieħba Soċjali ġew pprovduti b’tagħrif essenzjali dwar inizjattivi ta’ riċerka u avvanzi teknoloġiċi li qed jagħmel dan l-Istitut. Għal dan il-għan, l-MCESD jenfasizza l-importanza li jiġu apprezzati u appoġġjati programmi ta’ riċerka bħal dawn, li huma immirati biex javvanzaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna.

Ritratti: