L-Imsieħba Soċjali Jiddiskutu l-Anzjanità Attiva f’Laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD

Il-Kamra tal-Kummerċ u l-General Workers’ Union (GWU) ippreżentaw riċerka dwar l-Anzjanità Attiva waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD. Din il-ħidma bejn il-Kamra tal-Kummerċ u l-GWU uriet l-isforz kollaborattiv tal-Imsieħba Soċjali. Għal dan il-għan, iċ-Chairperson tal-MCESD, filwaqt li faħħar l-għażla tas-suġġett propost għad-diskussjoni, kellu kliem ta’ tifħir għal fatt li dan is-suġġett oriġina minn rappreżentant ta’ min iħaddem u unjin, fi ħdan l-MCESD.

Is-Sur Silvan Mifsud ippreżenta tagħrif li enfasizza l-potenzjal ta’ anzjanità attiva biex tindirizza l-isfidi tas-suq tax-xogħol, itejjeb il-produzzjoni ekonomika, u tiżdiet il-produttività. Il-preżentazzjoni kopriet data demografika, li tipproġetta aċċelerazzjoni tad-dipendenza tal-anzjanità f’Malta meta mqabbla mal-UE. Mudell ekonometriku spjega l-impatti ekonomiċi, bi ħtieġa għal iktar analiżi u identifikazzjoni ta’ setturi ekonomiċi u soċjali li jistgħu jżommu persuni ta’ età bejn 65-74 attivi.

Is-Sur David Spiteri Gingell tkellem fuq diversi fatturi dwar il-flessibilitá tal-irtirar. Din il-proposta, appoġġjata mill-GWU u l-Kamra tal-Kummerċ, indirizzat in-nuqqas ta’ impjegati billi ssuġġeriet għażliet ta’ xogħol fuq bażi part-time għal dawk li għandhom 61 sena ‘l fuq. Spiteri Gingell ta preżentazzjoni lill-imsieħba soċjali dwar dan is-suġġett.

Id-diskussjonijiet koprew is-sostenibbilità, l-indirizzar tar-rati baxxi tal-fertilità, u li jiġu kreati inċentivi nazzjonali għal dawk li għandhom ‘l fuq minn 61 sena u li jixtiequ jkomplu jaħdmu. Ġie diskuss ukoll l-importanza tal-inċentivi fiskali, li tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ anzjanità attiva, u li jiġi rikonoxxut ir-riżors tal-potenzjal ta’ ħaddiema bl-esperjenza u li huma avvanzati fl-età.

Il-Bank Ċentrali tal-Malta enfasizza fuq il-bżonn għal aktar diskussjonijiet, speċjalment fuq l-impatt fiskali. Il-Kunsill Malti għall-Anzjani kien ukoll preżenti waqt din il-laqgħa u filwaqt li laqa’ b’sodisfazzjon din id-diskussjoni, il-Kunsill  qasam ukoll is-suġġerimenti tiegħu mal-Imsieħba Soċjali.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, l-Onor Andy Ellul, esprima gratitudni fl-introduzzjoni tiegħu għall-ħidma tal-MCESD matul l-2023. Huwa jantiċipa inizjattivi ta’ impatt għas-sena 2024, inkluż it-tnedija ta’ entità li se tipprovdi dettalji dwar konsultazzjoni pubblika, dwar kwistjonijiet relatati mal-UE filwaqt li tindirizza d-demokrazija fuq il-post tax-xogħol, in-negozjar kollettiv ekoloġiku, l-Intelliġenza Artifiċjali fuq il-post tax-xogħol, u sħubija f’unjin għal dawk li jaqilgħu pagi baxxi. Il-motivazzjoni u l-appoġġ għas-soċjetà u l-kumpaniji li jħarsu l-prinċipji tal-ESG huwa wkoll fokus ewlieni. Dan l-approċċ li jħares ‘il quddiem jallinja mal-impenn tal-MCESD li jindirizza diversi sfidi u prijoritajiet tas-soċjetà fis-sena li ġejja.

B’ħarsa ‘l quddiem, l-MCESD, permezz tal-imsieħba soċjali tiegħu, iwiegħed impenn li jagħti dettalji dwar diversi kwistjonijiet ta’ interess nazzjonali u jindirizza sfidi li jaffettwaw is-soċjetà Maltija fl-2024. Filwaqt li jibni fuq id-diskussjonijiet ta’ impatt tal-2023, il-Kunsill għandu l-għan li jeżerċita influwenza fuq kwistjonijiet urġenti li għandhom impatt mifrux fuq il-pajjiż kollu.

  • Il-preżentazzjoni dwar l-Anzjanità Attiva: Perspettiva Demografika tista’ tiġi aċċessata minn hawn.
  • Il-preżentazzjoni dwar l-Anzjanità Attiva: Il-Flessibilitá tal-Irtirar tista’ tiġi aċċessata minn hawn.

 

Ritratti: