Id-Diskussjonijiet tal-Ewtanasja Volontarja Assistita fl-MCESD
Il-Kunsill tal-MCESD ħass il-ħtieġa li s-suġġett tal-Ewtanasja Volontarja Assistita jiġi indirizzat b’mod serju, miftuħ u rispettat fil-qafas tad-djalogu soċjali. Din id-diskussjoni saret fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, l-Onor. Andy Ellul, u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg, flimkien mal-Imsieħba Soċjali.
Din id-diskussjoni serviet bħala mudell ta’ kif il-MCESD jista’ jiffaċilita djalogu socjali fuq suġġetti ta’ piż ssensittiv u etiku, u enfasizzat ir-rwol kruċjali tal-imsieħba soċjali bħala vuċi plurali, responsabbli u impenjata fil-proċess ta’ tfassil tal-politika pubblika.
- Aċċessa l-preżentazzjoni minn hawnhekk.




