ESF.04.158 — Intejbu l-Parteċipazzjoni tan-Nisa fid-Djalogu Soċjali — Rapport tal-MCESD
L-MCESD ikkummissjonat rapport biex tanalizza l-parteċipazzjoni tan-nisa fid-djalogu soċjali.
L-istudju sab li 25% tar-rappreżentanti fid-djalogu soċjali huma nisa. Madankollu, il-parteċipazzjoni hija primarjament ibbażata fuq il-mertu u l-ebda tentattiv ma jiskoraġġixxi lin-nisa milli jkunu parti mid-djalogu soċjali. Pjuttost, is-sitwazzjoni ilha titjieb maż-żmien u tirrifletti s-suq innifsu. B’enfasi qawwija fuq il-kapaċitajiet aktar milli fuq il-ġeneru, saru rakkomandazzjonijiet biex titħeġġeġ u tiġi permessa l-parteċipazzjoni permezz tal-flessibbiltà, il-viżibbiltà u l-involviment tal-fora tad-djalogu soċjali.
Dan ir-rapport kien parzjalment iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew — Programm Operazzjonali II — Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014–2020.
Ir-rapport sħiħ jista’ jiġi aċċessat hawnhekk.