Sejħa għall-Għaqdiet Volontarji Rreġistrati
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) qed jistieden lill-organizazzjonijiet volontarji li huma reġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji għal aktar minn sena biex jipparteċipaw fin-nomini u fl-elezzjonijiet ta’ rappreżentanti fil-Kumitat tas-Soċjeta’ Ċivili fi ħdan l-MCESD.
L-informazzjoni dettaljata dwar ir-rappreżentanza u l-mod kif jopera dan il-Kumitat, kif ukoll dwar il-proċeduri tal-laqgħat u r-responsabbiltajiet tal-membri eletti jistgħu jinstabu fin-Notifika Legali 206 tal-2012 u Notifika Legali 92 tal-2024.
Il-vuċi tal-organizazzjoni tiegħek tagħmel differenza u aħna nagħtu valur lill-parteċipazzjoni tagħkom. L-Organizazzjonijiet interessati għandhom jibgħatu imejl fuq [email protected] sabiex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa.
Din is-sejħa għal nominazzjonijiet tagħlaq fis-6 ta’ Mejju 2024.
Il-parteċipazzjoni tiegħek hi importanti. Ingħaqad magħna sabiex flimkien ikollna impatt pożittiv!