ESF.04.158 — Rapport dwar it-Titjib tal-Kapaċità Teknika tal-Imsieħba Soċjali ppubblikat mill-MCESD
L-MCESD ikkummissjonat rapport biex tanalizza l-istatus tal-kapaċità teknika tas-sħab soċjali u tagħmel rakkomandazzjonijiet biex issaħħaħha.
Instab li l-kapaċità teknika waħedha ma tistax tkun daqstant effettiva meta tiġi applikata għad-djalogu soċjali milli meta tkun akkumpanjata minn kapaċitajiet ewlenin adegwati u ambjent favorevoli. Għalhekk, l-istudju fittex li jħares lejn it-tliet aspetti kollha b’mod parallel biex joffri analiżi aktar komprensiva u jagħmel rakkomandazzjonijiet li tabilħaqq jistgħu jkunu ta’ influwenza pożittiva.
Dan ir-rapport kien parzjalment iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew — Programm Operazzjonali II — Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014–2020.
Ir-rapport sħiħ jista’ jiġi aċċessat hawnhekk.