L-MCESD jiddiskuti l-Istrateġija Nazzjonali għar-Riforma fis-Sistema għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet: 2025–2035
F’laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), l-imsieħba soċjali flimkien mal-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul, u ċ-Chairperson tal-MCESD David Xuereb, iddiskutew l-Istrateġija Nazzjonali għar-Riforma fis-Sistema għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet u l-importanza ta’ din ir-riforma.













