F’laqgħa tal-MCESD, l-imsieħba soċjali flimkien mal-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija Dr Miriam Dalli, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Dr Andy Ellul u ċ-Chairperson tal-MCESD, il-Perit David Xuereb iddiskutew b’mod wiesa’ l-viżjoni tal-Gvern u l-investiment kontinwu li għaddej fil-qasam tal-enerġija u tal-ilma f’pajjiżna.
Fi preżentazzjonijiet mill-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) Karl Cilia, u l-Inġ. Etienne Lewis milll-Enemalta, ingħataw dettalji dwar l-investiment kontinwu fil-qasam tal-ilma u x-xogħol intensiv li għaddej fin-network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku.
’Il fuq minn mija u għoxrin miljun ewro f’investiment wassal għal qabża storika fil-kwalità tal-ilma f’pajjiżna, u waqt il-laqgħa l-imsieħba soċjali setgħu jipparteċipaw fl-inizjattiva li tippromwovi l-ilma tal-vit hekk kif fuq il-mejda kellhom fliexken tal-istess ilma. Waqt l-istess preżentazzjoni, ingħata aġġornament dwar il-Pjan Nazzjonali ta’ Investiment ta’ €310 miljun għall-10 snin li ġejjin, kif ukoll dwar il-green bonds u l-proġetti sostenibbli. Ġie spjegat ukoll kif il-Korporazzjoni qed taħdem biex ittejjeb il-kwalità u s-sigurtà tal-ilma, filwaqt li ssaħħaħ l-infrastruttura.
Min-naħa ta’ Enemalta ġie spjegat kif il-kumpanija qiegħda tkompli bit-tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni kif kien diġà preżentat f’laqgħat preċedenti mal-imsieħba soċjali, fejn gie preżentat pjan biex kif għamlet fis-sena 2024, fejn poġġiet 82 kilometri ta’ cables, għaddejja bit-tisħiħ permezz ta’ 60 kilometri oħra ta’ cables ġodda taħt l-art. F’din il-laqgħa wkoll ġie mniedi proġett finanzjat minn fondi Ewropej ta’ 15-il kilometru ta’ cables ġodda oħra f’Birkirkara, Marsaskala u l-Imġarr Malta. Ġie spjegat kif ix-xogħol fuq iċ-ċentri ta’ distribuzzjoni fl-Imsida ser ikun qiegħed tinbidillu l-infrastruttura biex tiġi rduppjata l-kapaċità, estensjoni fuq iċ-ċentri ta’ distribuzzjoni ta’ St Andrews u l-Mosta kif ukoll bdew xogħlijiet biex jiġu kkummisjonati żewġ ċentri ta’ distribuzzjoni ġodda fin-Naxxar u s-Siġġiewi.
Iċ-Chairperson tal-MCESD, il-Perit David Xuereb, laqa’ l-fatt li għall-ħames darba, il-Ministru Miriam Dalli għażlet li taġġorna u tikkonsulta direttament lill-Kunsill dwar ir-rinforz kontinwu tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’pajjiżna. Din il-laqgħa kienet ukoll opportunità ċara fejn l-imsieħba soċjali setgħu jesprimu l-fehmiet u l-kummenti tagħhom fuq dawn l-iżviluppi kruċjali għall-pajjiż kollu.
“F’dinja fejn qed naraw l-isfidi geopolitiċi jikbru, b’theddid kontinwu fuq l-ekonomija dinjija, huwa ferm importanti aktar minn qabel li nkomplu ninvestu fis-sostenibilità; f’pajjiż aktar reżiljenti. F’pajjiż li joffri flessibilità. Ix-xogħol li qed jagħmlu dawn iż-żewġ entitajiet iħares propju lejn dan: il-flessibilità li timxi id f’id mas-sostenibilità, mibnija fuq ir-reżiljenza. Ħidma li narawha f’aspetti differenti,” qalet il-Ministru Dr Miriam Dalli.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Dr Andy Ellul iddeskriva din il-konsultazzjoni bħala waħda li qiegħda ssaħħaħ il-pjan nazzjonali għas-sostenibbilità tas-settur tal-ilma f’pajjiżna, immirat li jagħti s-serħan il-moħħ lin-negozji, lill-ħaddiema u lill-familji tagħhom fil-provvista sikura tal-ilma. Sostna li bl-installazzjoni ta’ cables ġodda taħt l-art, il-Gvern se jkun qed jagħti s-serħan il-moħħ ukoll dwar il-provvista stabbli tad-dawl.
“Dawn huma investimenti strateġiċi kruċjali fl-infrastruttura ta’ pajjiżna, biex in-negozji u l-ħaddiema jibqgħu jaħdmu bl-aktar mod effiċjenti,” saħaq Dr Ellul. Dawn id-deċiżjonijiet jikkumplimentaw deċiżjonijiet politiċi oħra li ħa l-Gvern, ewlenin fosthom l-istabbilità fil-prezzijiet tad-dawl u l-ilma li assiguraw ħajja prevedibbli u sostenibbli għan-negozji u l-ħaddiema.
Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali jibqa’ dak il-pjattaforma li ser jibqa’ jikkontribwixxi għas-sostenibilità tal-ekonomija ta’ pajjiżna u l-poplu tiegħu.
Matul din il-laqgħa, Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) indirizzat ukoll lill-MCESD dwar it-titjib fid-distribuzzjoni tal-ilma u s-sistema tad-drenaġġ. L-imsieħba soċjali kellhom l-opportunità jiddiskutu wkoll l-inizjattiva “Ilma tal-Vit”, fejn wara li ġew ippreżentati b’samples biex jixorbu dan l-ilma, esprimew il-fehmiet tagħhom favur dan il-progress. Huma enfasizzaw kemm din l-inizjattiva tista’ tnaqqas id-dipendenza fuq il-fliexken tal-plastik u tgħin biex Malta timxi ’l quddiem lejn futur aktar sostenibbli – viżjoni li l-MCESD jissieħeb bis-sħiħ fiha.
Ritratti:
https://mcesd.org.mt/wp-content/uploads/2025/04/IMG-20250407-WA0018.jpg10661600Jean Claude Gatthttps://mcesd.org.mt/wp-content/uploads/2022/10/NEW-MSCD-LOGO-merged-300x212.pngJean Claude Gatt2025-04-07 09:58:562025-04-07 10:24:04L-Investiment fid-Distribuzzjoni tal-Ilma u tad-Dawl Diskussi Waqt Laqgħa tal-MCESD
We may request cookies to be set on your device. We use cookies to let us know when you visit our websites, how you interact with us, to enrich your user experience, and to customize your relationship with our website.
Click on the different category headings to find out more. You can also change some of your preferences. Note that blocking some types of cookies may impact your experience on our websites and the services we are able to offer.
Essential Website Cookies
These cookies are strictly necessary to provide you with services available through our website and to use some of its features.
Because these cookies are strictly necessary to deliver the website, refuseing them will have impact how our site functions. You always can block or delete cookies by changing your browser settings and force blocking all cookies on this website. But this will always prompt you to accept/refuse cookies when revisiting our site.
We fully respect if you want to refuse cookies but to avoid asking you again and again kindly allow us to store a cookie for that. You are free to opt out any time or opt in for other cookies to get a better experience. If you refuse cookies we will remove all set cookies in our domain.
We provide you with a list of stored cookies on your computer in our domain so you can check what we stored. Due to security reasons we are not able to show or modify cookies from other domains. You can check these in your browser security settings.
Other external services
We also use different external services like Google Webfonts, Google Maps, and external Video providers. Since these providers may collect personal data like your IP address we allow you to block them here. Please be aware that this might heavily reduce the functionality and appearance of our site. Changes will take effect once you reload the page.
Google Webfont Settings:
Google Map Settings:
Google reCaptcha Settings:
Vimeo and Youtube video embeds:
Privacy Policy
You can read about our cookies and privacy settings in detail on our Privacy Policy Page.