Il-Benesseri Mentali fuq il-Post tax-Xogħol

Preżentazzjoni minn Richmond Foundation, waqt laqgħa tal-Kunsill tal-MCESD tat-8 ta’ Novembru, 2024.

Il-preżentazzjoni kellha l-għan li tipprovdi lill-Imsieħba Soċjali għarfien dwar il-benesseri mentali fuq il-post tax-xogħol, u tenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati l-isfidi relatati mas-saħħa mentali tal-impjegati. Barra minn hekk, ġew diskussi strateġiji u għodod ta’ appoġġ biex jgħinu lill-organizzazzjonijiet joħolqu ambjenti tax-xogħol aktar b’saħħithom u sostenibbli.

Tista’ taċċessa l-preżentazzjoni minn hawnhekk.