Il-Kunsill huwa magħmul minn Chairman maħtur mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni ma’ min iħaddem u l-unions rappreżentati fil-Kunsill, Deputat Chairman fil-pożizzjoni ta’ Segretarju Permanenti Prinċipali tas-Servizz Ċivili, rappreżentant/a tal-Ministru tal-Finanzi, rappreżentant/a tal-Ministru responsabbli għad-Djalogu Soċjali, il-Presidenti tal-erba’ organizzazzjonijiet ewlenin ta’ min iħaddem jiġifieri l- Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, il-Kamra Maltija tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti u l-Kamra Maltija tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (GRTU) u s-Segretarji Ġenerali tal-akbar Unions jiġifieri Union Ġenerali tal-Ħaddiema u Union Ħaddiema Magħqudin, il-President tal-Forum Unions Maltin (For.U.M.) u l-President tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions ta’ Malta.
Iċ-chairpersons tal-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex u l-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili huma wkoll delegati tal-Kunsill skont l-ATT Nru IV tal-2012.
Struttura preżenti
Il-Perit David Xuereb
Is-Sur Mark Musù
Membri tal-Kunsill
Entità | Isem ir-Rappreżentant/a | Sostitut/a |
General Workers’ Union | Is-Sur Josef Bugeja | Is-Sur Robert Borg |
General Workers’ Union | Is-Sur Kevin Camilleri | N/A |
UĦM Voice of the Workers | Is-Sur Josef Vella | Is-Sur Mario Sacco |
Konfederazzjoni tat-Trade Unions ta’ Malta | Dott. Martin Balzan | Is-Sur William Portelli |
Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem | Is-Sa Joanne Bondin | Is-Sur Joseph Farrugia |
Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti | Is-Sur Tony Zahra | Is-Sur Andrew Agius Muscat |
Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija Maltija | Is-Sur Nick Xuereb | Is-Sur Kevin Mizzi |
Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija Maltija | Dott. Marthese Portelli | Is-Sur Norman Aquilina |
Kamra Maltija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji | Is-Sur Paul Abela | Is-Sur Philip Fenech |
For.U.M. | Is-Sur Marco Bonnici | Is-Sur Chris Attard |
Kumitat tas-Soċjetà Ċivili | Is-Sa. Norma Camilleri | Is-Sa. Mary Gaerty |
Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex | Is-Sur Joseph Borg | Is-Sur Joe Muscat |
Ministeru għall-Finanzi | Is-Sur Paul Zahra | Is-Sur Kevin Vella |
Bank Ċentrali ta’ Malta | Il-Prof. Edward Scicluna | Is-Sur Alexander Demarco |