Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku Ref: MCESD/04/2022
Sfond
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) huwa kunsill konsultattiv li jlaqqa’ flimkien l-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u l-gvern. Dan il-kunsill tripartitiku għandu l-għan li jipproponi rakkomandazzjonijiet sodi u konkreti dwar kwistjonijiet soċjoekonomiċi, li mbagħad jiġu kkunsidrati mill-gvern ta’ dak iż-żmien, qabel kwalunkwe riforma jew miżura ta’ rilevanza.
Minbarra d-diskussjonijiet regolari li jsiru fil-livell tal-plenarja, il-Kunsill jinkludi fih diversi Gruppi ta’ Ħidma, kostitwiti mill-imsieħba soċjali, li għandhom l-għan li jidħlu fid-dettall f’suġġett speċifiku ta’ riċerka. Għall-pjan ta’ ħidma tiegħu dwar ir-riċerka tal-2022, il-Kunsill qabel li jistabbilixxi erba’ (4) Gruppi ta’ Ħidma umbrella kif ġej:
- Ambjent
- Il-ġestjoni tal-iskart.
- Infrastruttura rinnovabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u infrastruttura relatata.
- L-elettrifikazzjoni tal-vetturi u l-infrastruttura relatata, u
- Rinnovazzjoni tal-bini.
- Produttività
- Aċċess ta’ finanzjament għal negozji ġodda u SMEs
- L-isfidi li jiffaċċjaw in-negozji ġodda u l-SMEs fl-aċċess għas-swieq kapitali; u
- L-effettività tal-istrumenti preżenti u l-ambitu għat-titjib tagħhom.
- Pressjonijiet inflazzjonarji fuq l-individwi u l-korporazzjonijiet,
- Żieda fl-ispejjeż biex isir negozju u l-effetti tagħhom.
- Żidiet fil-prezzijiet tal-ikel u spejjeż oħra u l-impatti tagħhom; u
- L-impatt tal-levies tal-karbonju fuq il-bini u l-impatt tal-konsegwenzi tagħhom id-djar
- Kompetittività
-
- Il-faċilità li jsir negozju u l-attraenza tal-ekosistema tagħna.
- Id-Diġitalizzazzjoni, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
- Stabbiltà
- L-Istabbiltà Fiskali
- L-impatt fuq il-ftehim dwar ir-riforma tat-tassazzjoni globali biex tiġi limitata l-kompetizzjoni fiskali li tagħmel ħsara ntlaħaq fil-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti (BEPS);
- L-ispinta għall-moralità fiskali u l-litteriżmu; u
- Konsolidazzjoni fiskali (inklużl-evażjoni tat-taxxa).
- Ġustizzja
- Żviluppi fis-suq tax-xogħol
- Il-migrazzjoni tal-ħaddiema.
- Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata
- L-implimentazzjoni tal-Politika Nazzjonali ta’ Integrazzjoni u l-Politika Nazzjonali dwar l-Impjiegi
- L-iżvilupp ta’ ħiliet u d-diskrepanzi fil-ħiliet.
Il-korp ta’ riċerka u r-rakkomandazzjonijiet sussegwenti, li joħorġu minn dawn il-Gruppi ta’ Ħidma għandhom jikkontribwixxu għaċ-ċiklu tat-tfassil tal-politika Governattiva inkluż id-dokumenti nazzjonali ta’ qabel il-baġit u tal-baġit, madankollu mhux esklussivament.
Għal dan il-għan, l-MCESD għandha l-intenzjoni li tinvolvi total ta’ 4 riċerkaturi biex imexxu kull Grupp ta’ Ħidma separat.
Termini ta’ Referenza
L-MCESD għandha l-intenzjoni li tinvolvi 4 riċerkaturi biex imexxu separatament l-erba’ Gruppi ta’ Ħidma umbrella definiti hawn fuq. Kull riċerkatur għandu jilħaq l-għanijiet t’hawn taħt:
- Jiżviluppa preżentazzjoni għall-Unità ta’ Tmexxija tar-Riċerka (MRSU) tal-MCESD, li tiddeskrivi sottodikjarazzjoni dettaljata tas-suġġett umbrella; l-oqsma ta’ prijorità rakkomandati li ser jiffoka fuqhom il-Grupp ta’ Ħidma; u l-metodoloġija li għandha tiġi adottata. Il-Grupp ta’ Ħidma jista’ jipproċedi bil-kundizzjoni li dan ikun għas-sodisfazzjon tal-MCESD.
- Jippreżenta t-triq’il quddiem lill-Grupp ta’ Ħidma taħt ir-responsabbiltà tiegħu/tagħha u jikseb ftehim dwar oqsma ta’ riċerka prijoritizzati taħt il-clusters ta’ riċerka umbrella.
- Jipprovoka ħsibijiet u jiggwida l-argumenti fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma appoġġati mix-xjenza, ir-riċerka u l-evidenza.
- Iżomm u jiddokumenta minimu ta’ 8 laqgħat konsultattivi ma’ esperti tal-Industrija.
- Jippreżenta aġġornamenti kull xahrejn dwar il-proċess li qed isir f’kull Grupp ta’ Ħidma lill-MRSU.
- Jippreżenta rapport konsolidat bis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet azzjonabbli u effettivi dwar kull qasam ta’ prijorità magħżul, li jista’ jiġi adottat mill-Gvern f’perjodu qasir, medju u fit-tul, lill-MRSU, liċ-Chairman tal-MCESD u wara lill-Kunsill.
- Jakkumpanja r-rapport imsemmi f’punt (5) hawn fuq b’indikazzjonijiet tat-tip ta’ spejjeż assoċjati mal-proposti, u fid-dawl tar-realtajiet tar-restrizzjonijiet baġitarji, il-kunsiderazzjoni ta’ sorsi alternattivi ta’ finanzjament li jistgħu jiġu sfruttati biex jiffinanzjaw proposti bħal dawn.
- Jaħdem id f’id u taħt id-direzzjoni tal-MRSU.
Skedi ta’ żmien għall-implimentazzjoni
Il-preżentazzjoni lill-MCESD għandha titħejja fi żmien ġimgħa mill-iffirmar tal-ittra ta’ involviment għal servizz u mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Lulju, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.
Il-kors tal-Grupp ta’ Ħidma għandu jkun kif rakkomandat mill-MRSU
Rekwiżiti
Ir-riċerkaturi għandhom jissottomettu proposta dettaljata, li tiddeskrivi:
- l-isfond akkademiku, il-kompetenza fir-riċerka u l-esperjenza tagħhom fil-qasam tas-suġġett;
- lista ta’ pubblikazzjonijiet simili riċerkati jew miktuba;
- il-metodoloġija proposta li għandha tiġi adottata;
- il-fehim tagħhom tal-proċess; il-ħidma tal-MCESD kif ukoll għarfien dwar il-ħidma mwettqa minn kull sieħeb soċjali jew membru tas-soċjetà ċivili;
- indikazzjoni tal-qasam ta’ prijorità li ser jiffukaw fuqhom;
- il-perjodi ta’ żmien proposti għall-implimentazzjoni;
- it-tariffa fis-siegħa proposta u t-tqassim tagħha (it-tariffa fis-siegħa kkwotata trid tkun bejn €45 u €65 fis-siegħa). Il-Valur Kuntrattwali totali ma għandux jaqbeż il-€5,000 (eskluż il-VAT)
Grupp ta’ Esperti tar-Riċerka
L-applikanti interessati huma mistiedna wkoll jindikaw jekk humiex interessati li jservu fil-Grupp ta’ Esperti tar-Riċerka tal-MCESD, sa tmiem is-sena 2022. L-esperti jistgħu jintalbu jikkontribwixxu u jappoġġaw t-tentattivi ta’ riċerka tal-MCESD f’oqsma ewlenin li jkopru kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali, skont ir-rekwiżiti indikati mill-MCESD.
Il-kwotazzjonijiet għandhom jintbagħtu lis-Sa Adriana Chircop, Segretarju Eżekuttiv, MCESD, fuq [email protected] sal-15 ta’ Ġunju 2022.