Assistent ta’ Appoġġ Amministrattiv (Din il-pożizzjoni mtliet)
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali jistieden applikazzjonijiet għall-kariga ta’ Assistent ta’ Appoġġ Amministrattiv fuq bażi full-time.
Dan jinkludi d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet inkluż l-għoti ta’ appoġġ amministrattiv biex jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti tal-uffiċċju; jappoġġja l-Amministrazzjoni u l-impjegati permezz ta’ varjetà ta’ kompiti relatati mal-organizzazzjoni u l-komunikazzjoni; familjari ma’ varjetà ta’ kunċetti, prattiki u proċeduri tal-qasam u għandu l-abbiltà li jikkomunika b’mod effettiv permezz tat-telefon u l-e-mail biex jiżgura li d-Dmirijiet Amministrattivi kollha huma mwettqa sew u fil-ħin.
RESPONSABBILTAJIET:
- Jassisti fl-organizzazzjoni u l-iskedar ta’ laqgħat u appuntamenti.
- Jiżviluppa u jżomm sistema ta’ ffajljar.
- Jassisti fit-tħejjija ta’ rapporti skedati regolarment.
- Jagħmel ordnijiet tal-provvisti għall-uffiċċju.
- Jipprovdi appoġġ ġenerali lill-viżitaturi,
- Jassisti fil-ħażna ta’ rekords, studji, minuti u dokumentazzjoni oħra f’arkivju xieraq.
- Jassisti fit-teħid tal-minuti meta jkun meħtieġ.
- Iwettaq dmirijiet amministrattivi bħall-iffajljar, illegar, skannjar eċċ.
- Jieħu ħsieb ir-reception desk meta jkun meħtieġ.
- Jassisti fil-prenotazzjoni ta’ konferenzi telefoniċi, kmamar, taksis eċċ u jagħmel arranġamenti tal-ivvjaġġar meta jkun meħtieġ.
- Jimmaniġġja informazzjoni sensittiva b’mod kunfidenzjali.
- Jikkoordina l-proċeduri tal-uffiċċju.
REKWIŻITI:
O’Level Standard tal-Edukazzjoni
Ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni bil-miktub u verbali bil-Malti u bl-Ingliż.
Esperjenza preċedenti ta’ xogħol klerikali għal numru ta’ snin titqies ta’ vantaġġ.
Ħiliet organizzattivi u ta’ ppjanar.
Attenzjoni għad-dettall u ħiliet għas-soluzzjoni tal-problemi.
Bieżla u lesti jaħdmu sigħat flessibbli.
Kapaċi jaħdmu kemm b’mod indipendenti kif ukoll fi ħdan tim.
L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu Curriculum Vitae (li għandha tinkludi lista ta’ kwalifiki miżmuma mill-applikant) u għandhom jiġu ppreżentati għall-attenzjoni tas-Segretarju Eżekuttiv tal-MCESD, is-Sa Adriana Chircop, fuq dan l-indirizz: [email protected]
Id-data tal-għeluq tal-wasla tal-applikazzjonijiet hija sa tmiem il-jum tan-negozju tat-12/05/2020.
Nru tal-Permess ta’ Jobsplus: 246/2020
—–
Uffiċjal Amministrattiv u tal-Midja (Din il-pożizzjoni mtliet)
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali jistieden applikazzjonijiet għall-kariga ta’ Uffiċjal Amministrattiv u tal-Midja fuq bażi full-time.
F’dan ir-rwol, l-uffiċjal għandu jkun organizzat ħafna b’ħiliet ta’ riċerka b’saħħithom u b’attenzjoni għad-dettall. Dan jinkludi dmirijiet u responsabbiltajiet bħat-twettieq ta’ dmirijiet amministrattivi biex jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti tal-laqgħat u kompiti amministrattivi oħra tal-uffiċċju b’mod partikolari kompitu relatat mal-funzjoni tal-midja u tal-komunikazzjonijiet. Huwa għandu jkun familjari ma’ varjetà ta’ kunċetti, prattiki u proċeduri tal-qasam u għandu l-kapaċità li jikkomunika b’mod effettiv permezz ta’ diversi għodod tal-midja soċjali, filwaqt li jiżgura li d-Dmirijiet Amministrattivi u tal-Midja kollha jkunu mwettqa sew u fil-ħin.
RESPONSABBILTAJIET:
- Jamministra l-laqgħat u jieħu l-minuti.
- Jifformula u jesegwixxi strateġija u pjan ta’ komunikazzjoni.
- Jieħu ħsieb l-attivitajiet tal-midja bħall-ħruġ ta’ stqarrijiet u attivitajiet oħra ta’ relazzjonijiet pubbliċi
- Jżomm s-sit web aġġornat u jieħu ħsieb jikteb il-kontenut għas-sit web
REKWIŻITI:
Jeħtieġ li jkun infurmat sew fit-twaqqif u l-operat ta’ sit web u jkollu l-ħiliet meħtieġa fil-midja biex jieħu ħsieb il-funzjoni tar-Relazzjonijiet Pubbliċi fi ħdan l-MCESD.
Kapaċitajiet organizzattivi u l-kapaċità li jmexxi affarijiet differenti fl-istess ħin.
Ħiliet ta’ riċerka tajbin.
Attenzjoni għad-dettall u ħiliet għas-soluzzjoni tal-problemi.
Ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni u ħidma f’tim.
Kapaċità li jintlaħqu skadenzi stretti taħt superviżjoni minima.
ESPERJENZA
Huwa essenzjali li l-applikant ikollu mill-inqas erba’ snin esperjenza f’pożizzjoni simili. L-applikant għandu jkollu esperjenza fl-eżekuzzjoni ta’ pjan tal-midja mill-bidu sat-tmiem b’mill-inqas 5 snin esperjenza fl-industrija tal-midja u l-ġurnaliżmu. Jekk l-applikant ikollu konnessjonijiet fi ħdan l-industrija tal-midja, din titqies ta’ vantaġġ.
L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu Curriculum Vitae u għandhom jiġu ppreżentati għall-attenzjoni tas-Segretarju Eżekuttiv tal-MCESD, is-Sa Adriana Chircop, fuq dan l-indirizz: [email protected]
Id-data tal-għeluq tal-wasla tal-applikazzjonijiet hija sa tmiem il-jum tan-negozju tat-12/05/2020
Nru tal-Permess ta’ Jobsplus: 243/2020