Bord Nazzjonali tal-Produttività
Il-Bord Nazzjonali tal-Produttività twaqqaf fl-2019 biex jiddijanjostika u janalizza l-produttività u l-kompetittività f’Malta.
L-analiżi tqis l-aspetti taż-żona tal-Euro u tal-UE u tindirizza l-motivaturi u instigaturi tal-produttività u l-kompetittività fuq tul ta’ żmien, inkluża l-innovazzjoni, u l-kapaċità li jattiraw investiment, negozji u l-kapital uman. Tindirizza wkoll fatturi kemm relatati ma’ spejjeż u mhumiex li jistgħu jaffettwaw il-prezzijiet u l-kontenut ta’ kwalità tal-prodotti u s-servizzi inklużi dawk relatati mal-kompetituri globali fuq medda qasira ta’ żmien.
Analiżi bħal din hija bbażata fuq indikaturi trasparenti u komparabbli. Il-Bord jinvolvi ruħu fl-analiżi indipendenti tal-isfidi tal-politika fil-qasam tal-produttività u l-kompetittività u jivvaluta l-effetti tal-għażliet tal-politika, billi jagħmel il-kompromessi tal-politika espliċiti. Il-Bord huwa magħmul minn 11-il membru, li jinkludi chairperson u 10 membri oħra.
Iċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) huwa ex officio u jaġixxi bħala ċ-Chairperson tal-Bord. L-10 membri l-oħra jikkonsistu minn uffiċjal għoli nominat mill-Ministru tal-Finanzi, membru nominat mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, erba’ membri nominati mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema ta’ korpi kostitwiti fil-Kunsill, u erba’ membri nominati minn korpi kostitwiti li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ min iħaddem li jiffurmaw parti mill-Kunsill.
Il-Bord Nazzjonali tal-Produttività għandu wkoll il-kompitu li jħejji r-rapport annwali.
Ir-rapporti sħaħ jistgħu jiġu aċċessati mill-link li ġejja: