L-MCESD u l-Università ta’ Malta jsaħħu l-kollaborazzjoni fir-riċerka u fid-djalogu soċjali.

L-MCESD u l-Università ta’ Malta ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim biex isaħħu l-kollaborazzjoni fir-riċerka, fl-iżvilupp tal-politika, fil-qsim tal-għarfien u fit-taħriġ. Il-ftehim għandu l-għan li jressaq l-għarfien akkademiku aktar qrib id-djalogu soċjali u jsaħħaħ il-kontribut tal-evidenza fid-diskussjonijiet dwar l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ Malta.

Il-kollaborazzjoni tiftaħ opportunitajiet għal studji u analiżi dwar is-suq tax-xogħol, il-produttività, il-politika soċjali, is-sostenibbiltà, id-demografija u l-iżvilupp reġjonali, inkluż Għawdex. Il-ftehim jipprevedi wkoll il-kontribut ta’ rappreżentanti tal-Università f’diskussjonijiet rilevanti tal-Kunsill u djalogu strateġiku annwali dwar ir-riċerka, il-ħiliet, l-innovazzjoni u x-xejriet ekonomiċi u soċjali emerġenti.

Permezz ta’ din is-sħubija, iż-żewġ istituzzjonijiet se jesploraw opportunitajiet għal taħriġ, seminars, workshops u involviment tal-istudenti fi proġetti ta’ riċerka marbuta mad-djalogu soċjali. Il-ftehim jipprevedi wkoll l-użu tal-Kampus tal-Università fil-Belt Valletta għal attivitajiet tal-MCESD, skont id-disponibbiltà u l-arranġamenti miftiehma.

Il-ftehim ġie ffirmat f’isem l-MCESD miċ-Chairperson, is-Sinjura Maria Micallef, u mill-Kap Eżekuttiv, Dr Brendan Zerafa, filwaqt li f’isem l-Università ta’ Malta ffirma r-Rettur, il-Professur Frank Bezzina. Il-Ministru  għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatu  Keith Azzopardi Tanti u l-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Byron Camilleri ppresedew l-iffirmaw.

MCESD and the University of Malta strengthen collaboration in research and social dialogue

  Ritratti: